Minn tal-inqas persuna waħda ndarbet wara sparatura fil-Kwartieri tal-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali (NSA) fl-Istati Uniti. Persuna suspettata qed tinżamm taħt kustodja.
L-isparatura qed jingħad li ġiet minn vann SUV iswed li waqaf quddiem l-entratura tal-faċilita li tinsab fil-forti Meade, Maryland.
Kelliem għall-NSA qal li ż-żona madwar l-aġenzija tal-ispjunaġġ elettroniku tal-Amerka issa tinsab sigura wara dak li sejjaħ “inċident tas-sigurtà”
Aktar kmieni, rapporti qalu li madwar tliet persuni ndarbu f’dan l-inċident. Għaldaqstant, il-pulizija li jaħdem fil-forti qal li persuna waħda biss indarbet u ttieħdet immedjatament l-isptar.
Għadu mhux ċar jekk it-tiri ġewx sparati minn xi suspettat jew inkella mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.
F’Marzu tal-2015, persuna nqatlet u oħra weġġgħet serjament wara li saqu karozza lejn il-grada tal-NSA wara li injoraw l-ordnijiet biex jieqfu.