Wara 16-il sena mill-għeluq tal-fergħa ta' Bank fil-Qrendi, ir-residenti issa jistgħu jiġbdu l-flus mill-ATM ġdida li nfetħet fil-lokalità.
F’ritratti ppubblikati mis-Sindku tal-Qrendi David Schembri, tidher l-ATM il-ġdida mgħammra b’żewġ kameras tas-sigurtà.
Is-Sindku rringrazzja lill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, uffiċjali tal-BOV u numru ta’ entitajiet oħra għall-għajnuna tagħhom biex il-lokalità tal-Qrendi jkollha faċilitajiet bankarji wara 16-il sena mingħajrhom.
Lura fl-2014, residenti mill-Qrendi kienu qalu ma’ Newsbook.com.mt li “lanqas temmen li għad hawn lokalitajiet fejn m'hawnx ATM”.
Newsbook.com.mt kompla jsegwi din l-istorja biex sentejn ilu żvela kif il-BOV aċċetta l-proposta tal-Kunsill Lokali biex tiġi installata ATM fi Triq Ġuże' Cassar, wara l-Monument tal-Gwerra.
Il-Kunsill tal-Qrendi kien qal li s-sit magħżul hu aċċessibbli għal kulħadd, u hemm spazju għal parkeġġ. 
Hawnhekk tista’ tara ritratti tax-xogħlijiet li saru biex issa, residenti mill-Qrendi jkunu jistgħu jiġbdu l-flus mil-lokalità tagħhom stess: