L-Awtorità Maltija għal-Logħob waqqfet Taqsima ġdida ta’ Superviżjoni kontra l-Ħasil ta’ Flus.
Din it-Taqsima se tkun qed tiskrutinja kumpaniji tal-logħob f’Malta permezz tal-istrutturi operattivi u regolatorji fi ħdan l-Awtorità.
Is-sorveljenza se ssir bi spezzjonijiet fuq is-sit u anke lil hinn, u r-riżultati li jistgħu jinstabu jiġu mgħoddija lill-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU).
L-impjegati fit-Taqsima ingħataw taħriġ intensiv minn esperti lokali u internazzjonali.
Barra minn hekk, fid-dawl li daħlet fil-liġi Maltija, ir-Raba’ Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus, xi wħud mill-ispezzjonijiet se jsiru ma’ uffiċjali tal-FIAU.