Jum San Valentinu ra bosta ċelebrazzjonijiet u attivitajiet differenti madwar Malta, fosthom attività sabiex jinġabar aktar demm organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.
L-għan prinċipali kien dak li jħeġġeġ il-poplu Malti u Għawdxi jesprimi l-imħabba billi jagħti d-demm.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis saħaq li d-domanda għall-għoti tad-demm hija kbira u għaldaqstant ħeġġeġ lil kull min hu b’saħħtu sabiex jagħti d-demm.
Ritratt: Clodagh Farrugia O'Neill