Peress li l-eks plejer internazzjonali Franċiż Samir Nasri jinsab bla klabb minħabba illi l-aħħar tim li kien miegħu Antalyaspor ma ġeddewlux il-kuntratt, il-kowċ ta’ Zenit St Petersburg Roberto Mancini qed jinteressa ruħu f’dan il-plejer sabiex jingħaqad magħhom.
Din ma tkunx l-ewwel darba illi Nasri ġie kkowċjat minn Mancini peress illi sa sitt snin ilu kien jilgħab ma’ Manchester City u saħansitra rebaħ il-kampjonat fis-sena 2012.
Nasri bħalissa jinsab bla kuntratt u jista’ jiffirma ma’ min irid.