Bħala sinjal ta’ apprezzament lejn il-lealtà tagħhom, il-klijenti tal-Bank APS li daħlu jagħmlu xi qadi fil-bank illum, f’jum San Valentinu rċevew kwareżimal f’forma ta’ qalb, il-ħelu tar-randan, hekk kif illum jaħbat ukoll Ras ir-Randan. 
Anthony Buttigieg, li jokkupa l-pożizzjoni ta’ Head of Banking fi ħdan il-Bank APS, qal li dan il-ġest huwa mod ieħor kif il-bank juri lill-klijenti kemm huma stmati u wkoll bħala turija ta’ ringrazzjament. 

Din mhix l-ewwel darba li l-bank offra xi ħaġa tal-ħelu lil dawk li żaru xi fergħa tal-APS Bank, hekk kif fiż-żminijiet tal-Milied tqassmu wkoll il-mince pies.