minuta qari

Minkejja li l-mewt firdet lil dawn il-koppji anzjani, l-imħabba tagħhom jidher li ma mietet qatt.
Newsbook.com.mt żar id-djar tal-anzjani Roseville f'Ħ'Attard u staqsa lill-bosta anzjani dwar kif iltaqgħu mal-imħabba ta’ ħajjithom kif ukoll biex jaqsmu xi wħud mill-isbaħ esperjenzi li qattgħu flimkien.
Għalkemm bosta ma ftakrux x’kien l-isbaħ rigal li qatt qalgħu f’Jum San Valentinu, il-memorja tagħhom tal-ewwel ġurnata li ltaqgħu mal-maħbub tagħhom jiftakruha daqslikieku kien il-bieraħ.
L-anzjani, li huma kollha romol, lesti li jagħmlu minn kollox sabiex jerġgħu jaraw lill-maħbub tagħhom darb’oħra.