minuta qari
Minkejja li San Valentinu hija festa fejn bosta jixtru rigali għall-maħbubin tagħhom, għal persuni oħra dan il-ġest huwa ferm iktar diffiċli.

Kim Cutajar, tfajla li għadha ġdida fix-xena mużikali lokali ħarġet diska oriġinali għal oħtha li mietet f’Jum San Valentinu.
Oħtha, li mietet ta' età żgħira, issa reġgħet ħadet il-ħajja permezz tal-kanzunetta li ħarġet Kim. 
Il-kanzunetta titkellem fuq l-innoċenza tagħha u l-vojt kbir li ħalliet warajha.
Filwaqt li tgħidilha li issa m’hemmx iktar uġigħ u biki, Kim tittama li oħtha qed tiżfen u tkanta filwaqt li tkompli titbissem fis-smewwiet. L-istess tbissima li Kim tgħid li m’hi se tinsa qatt.