Raġel min-Naxxar waddab bott żebgħa fuq karozza ta’ raġel ieħor li allegatament ta fastidju lis-sieħba tiegħu.
Ir-raġel li ttella l-Qorti llum ingħata l-libertà ikkundizzjonata għal tlett snin wara li nstab ħati li kkawża ħsarat fuq propjeta’ ta’ persuna terza volontarjament.
L-ispettur Jonathan Ransley spjega quddiem il-Qorti kif l-akkużat ikkonfronta raġel ieħor li ħass li kien qed jagħti fastidju lis-sieħba tiegħu u aktar tard waddab bott żebgħa fuq il-karozza ta’ dan ir-raġel li konsegwentament għamel dannu konsiderevoli lill-karozza.
Ordni ta’ protezzjoni ħarġet għall-vittma tal-każ.
Il-qorti talbiet sabiex ma jiġux ippublikati l-ismijiet tal-persuni kkonċernati.
Ritratt: Mill-Arkivji