Żagħżugħ ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar ġie arrestat wara li nstab fil-pussess tad-droga.
L-iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabet fil-pussess taż-żagħżugħ 3 kilogrammi sustanza, allegatament pjanta tal-kannabis, li kienet lesta sabiex tiġi traffikata.
Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti għada.