66 persuna li kienu abbord ajruplan tal-Aseman Airlines inqatlu kollha kemm huma hekk kif l-ajruplan iġġarraf fil-muntanji Zagros fl-Iran.
L-ajruplan li kien qed jivjaġġa minn Tehran għal Yasuj telaq minn Tehran fit-8am u sparixxa minn fuq ir-radar madwar siegħa wara.
Il-kumpanija tal-ajru qalet li wara li għamlet bosta tfittxijiet fiż-żona fejn sparixxa l-ajruplan, irċeviet l-aħbar li l-ajruplan iġġarraf u ħasad il-ħajja ta’ dawk kollha li kienu fuqu, inklużi tfal.
Il-missjoni ta’ salvataġġ ġiet illimitata mill-maltemp u għaldaqstant it-tim tal-Emerġenza kellu jivvjaġġa fuq l-art minflok juża l-ħelikopter.