Il-lejl li għadda anzjan ipprova jweġġa’ lilu nnifsu fi djar tal-anzjani fil-Mosta.
Dan qalu fi stqarrija d-Dipartiment għall-Anzjanita Attiva u Kura fil-Komunità, meta żied li l-anzjan għandu 81 sena u hu residenti fl-istess dar.
L-istaff tad-dar tal-anzjani taw l-ewwel għajnuna lir-raġel sakemm ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn bħalissa jinsab rikoverat għall-kura u għall-osservazzjoni meħtieġa.
L-istqarrija ttemm tgħid li mill-aħħar informazzjoni li għandu d-dipartiment, il-kundizzjoni ta’ saħħet l-anzjan hi waħda stabbli.