Il-lejl li għadda nqalgħet ġlieda bejn seba’ persuni f’Santa Luċija.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-argument inqala’ għall-ħabta tal-4am fi Triq Dawret it-Torri f’każin f’dik it-triq.
Il-persuni involuti kollha Maltin, u għandhom bejn is-26 u s-37 sena, u sors qrib il-post qal lil Newsbook.com.mt li l-argument inqala’ fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista, u qalilna li ra mal-20 uffiċjal tal-Pulizija.
Il-Pulizija ma setgħetx tikkonferma l-inċident seħħx jew le fil-każin imsemmi.
Madankollu jidher li ħadd ma ddaħħal l-isptar għal xi ġrieħi.
Ritratt: Arkivji