Il-pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar reġa’ sar għal sena oħra, fejn għaldaqstant ħabat mal-kontinwazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival.
L-ironija forsi toħroġ meta wieħed jinduna li dan il-pellegrinaġġ, li ra l-bidu tiegħu fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, kien iseħħ bħala tpattija għall-atti li jkunu saru fi żmien il-Karnival. 
F’dak iż-żmien, f’Ras ir-Randan, bosta pellegrini kienu jżuru s-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar.
Illum il-ġurnata, il-pellegrinaġġ jiġi organizzat fl-ewwel Ħadd tar-Randan b’devozzjoni għall-qima tal-Madonna.
Ritratti: Ian Noel Pace – knisja.org/ritratti