Wara diversi problemi fis-sistema tal-konsenji tal-ikel, il-KFC kellha tgħalaq aktar minn nofs id-900 restorant li għandha madwar ir-Renju Unit.
Kawża ta’ dan, spiċċaw mingħajr tiġieġ u għalhekk ma setax ikompli l-operat tar-ristoranti kollha.
Sal-ġimgħa li għaddiet, il-KFC kienet tuża kumpanija bbażata fin-Nofsinhar tal-Afrika, u li ddeċidew li jbiddluha għad-DHL sabiex tipprova ssolvi dawn il-problemi kemm jista’ jkun malajr.
Il-ħaddiema kollha tar-ristoranti li ngħalqu qed jiġu mħeġġa jieħdu dan iż-żmien bħala vaganza, iżda mhux qed jisfurzawhom biex jagħmlu dan.

https://platform.twitter.com/widgets.js