Mitsutoki Shigeta, Ġappuniż ta’ 28 sena, ingħata l-kustodja tat-tfal li kellu minn ommijiet Tajlandiżi li jikru l-ġuf wara ordni mill-Qorti ta’ Bangkok.
Ir-raġel kellu 16-il wild, li tlieta minnhom diġà ilhom fil-kustodja tiegħu mill-2015. Huwa kien qed ifittex il-Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali u Sigurtà Umana biex jieħu l-kustodja tal-bqija tat-tfal.
L-ommijiet ta’ dawn it-tfal tilfu d-drittijiet tagħhom, u Shigeta ngħata l-kustodja tat-tfal fl-assenza tiegħu waqt il-proċess fil-Qorti.
Il-Qorti qalet li tat il-kustodja minħabba l-ferħ u l-opportunatijiet li t-tfal se jirċievu mingħand il-missier bijoloġiku, u għax dan m’għandux storja ta’ mġiba ħażina.
Shigeta kien investigat għat-traffikar ta’ bnedmin fl-2014 wara li ħareġ li huwa kien il-missier bijoloġiku ta’ 16-il wild.
Shigeta mhuwiex miżżewweġ u għandu diversi kumpanji. Huwa iben imprenditur Ġappuniż sinjur. Skont l-avukati tiegħu jixtieq familja kbira.
Il-każ ta’ Shigeta kien imlaqqam bħala ‘Baby Factory’. Dan il-każ flimkien ma’ oħrajn wassal biex it-Tajlandja twaqqaf il-kiri tal-ġuf b’mod kummerċjali għall-barranin.