L-istudenti bniet u l-għalliema ta’ skola f’Dapchi fl-Istat ta’ Yobe fil-Grigal tan-Niġerja rnexxielhom jaħarbu mill-iskola qabel din sfat attakkata mill-Boko Haram.
Il-militanti tal-grupp terroristiku waslu fuq trakkijiet fil-belt u bdew jisparaw u jisplodu l-affarijiet.
Kien minħabba l-ħsejjes li l-istudenti bniet u l-għalliema tagħhom ħarbu mill-iskola.
Il-Boko Haram serqu l-affarijiet mill-bini tal-iskola wara li ma sabu lil ħadd fiha.
Skont dak li jaħsbu kemm ir-residenti kif ukoll il-militar f’Dapchi, il-ġiħadisti kienu qed jippjanaw li jaħtfu l-bniet mill-iskola.
L-attakk twaqqaf permezz tal-Forzi tas-Sigurtà Niġerjani bl-għajnuna ta’ jets mill-ajru.
Il-Boko Haram ħatfu iktar minn 270 tifla minn skola fil-belt ta’ Chibok f’April tal-2014.
Iktar minn 100 minnhom ingħaqdu lura mal-familji tagħhom f’Settembru li għadda.
Ħafna minnhom kienu meħlusa bħala parti minn ftehim kontroversjali li sar bejn il-Boko Haram u l-Gvern Niġerjan. Skont il-ftehim, 5 kmandanti tal-Boko Haram tparrtu ma’ ħafna minn dawn it-tfal maħtufa.
Għad hemm numru kbir ta’ tfal li għadu mhux magħruf fejn huma.
Il-Boko Haram ilu s-snin għaddej b’din ir-rebelljoni kontra l-Istat Niġerjan. Huma qed jipprovaw joħolqu stat Iżlamiku fit-tramuntana tan-Niġerija.