Fl-Ewropa kien hemm żieda radikali ta’ każijiet ta’ ħosba tul l-2017, li skont l-Għadqa Dinjija tas-Saħħa (WHO) hija ħaġa ferm traġika speċjalment meta kkumparat man-numru baxx ta’ każijiet irrapurtati fl-2016.
Fejn fl-2016 kienu rrapurtati biss 5,273 każ madwar l-Ewropa, fl-2017 il-ħosba affetwat aktar minn 20,000 persuna u ħasdet il-ħajja ta’ 35.
Madwar 15-il reġjun Ewropew kien affetwat mill-marda, b’mod speċjali r-Rumanija, l-Italja u l-Ukraina.
Skont esperti, waħda mill-akbar problemi hija li ħafna nies mhumiex qed jieħdu t-titqib neċessarju kontra din il-marda għax jaħsbu li t-titqiba tal-MMR tista’ tikkawża l-awtiżmu, xi ħaġa li ġiet skreditata kompletament.
Sabiex tiġi evitata tifqigħa tal-ħosba, il-WHO tgħid li 95% tal-popolazzjoni dinjija għadha tkun ħadet it-titqiba.
Ara n-numru ta’ każi ta’ ħosba rrapurtati fil-pajjiżi madwar l-Ewropa fl-2017:

  1. Rumanija – 5,562 
  2. Italja – 5,006
  3. Ukraina – 4,767
  4. Greċja – 967
  5. Serbja – 702
  6. Tajikistan – 649
  7. Franza – 520
  8. Ir-Russja – 408
  9. Il-Belġju – 369
  10. Ir-Renju Unit – 282
  11. Il-Bulgarija – 167
  12. Spanja – 152
  13. Repubblika Ċeka – 146
  14. L-Isvizzera – 105