Id-Deputat Nazzonalista, Jason Azzopardi, qabbel il-€50 miljun biex inbena mill-pedament l-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo f’Mater Dei mal-50 miljun li ngħataw mill-Gvern lil Vitals Global Healthcare.
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, qal dan illum waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-PN irreaġixxa għall-bejgħ tal-isptarijiet. Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mid-deputati Mario Galea.
Azzopardi kkumenta fuq il-fatt li l-VGH irreġistraw dejn ta’ €55 miljun u skont rapporti li dehru fil-midja lokali l-istess kumpanija ma kellhix biex toħroġ il-pagi tal-aħħar xahar.
Azzopardi qal li wara li saru diversi mistoqsijiet fil-Parlament xorta l-VGH ma żammewx mal-kuntratti u l-obbligi li kienu marbuta bihom. Fost diversi affarijiet, fi kliem Azzopardi, il-VGH kellhom ilestu il-Kulleġġ ta’ Barts.
Huwa sostna li l-liġi tagħti dritt lill-membri parlamentari jmorru il-Qorti f’każ li obbligi ma jiġux osservati f’għotja ta’ art pubblika, u dan b’referenza għall-kawża li nfetħet ilbieraħ minn Delia.
Huwa qal ukoll li l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ammetta li dak li għamel Mizzi kien ħażin meta rrefera għall-ftehim ma’ Steward Global Health bħala ‘the real thing’.
"Min qed igawdi mill-bejgħ tal-isptarijiet ta' Malta?" – CSN
Aktar kmieni s-Soċjetà Ċivili staqsew mistoqsija simili, meta riedu jkunu jafu min se jiggwadanja mill-bejgħ tal-isptarijiet.#
Qal li qed jappoġġja l-mozzjoni biex titwaqqaf il-privatizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-isptarijiet pubbliċi ta' Malta. Esprima wkoll is-solidarjetà tiegħu mal-pazjenti, l-għaqdiet mediċi u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

Sostna li l-Gvern qed jittrasforma s-saħħa pubblika f'negozju tal-proprjetà, u rabat lil min iħallas it-taxxa u lil gvernijiet futuri jħallsu €100 miljun u d-djun kollha jekk l-isptarijiet jittieħdu lura minn Vitals.