F’temp ta’ sagħtejn, żewġt irġiel inqatlu b’daqqiet ta’ sikkina f’Londra lbieraħ filgħaxija.
L-ewwel vittma, li qed jingħad li għadu qas għalaq l-20 sena, inqatel b’daqqiet ta’ sikkina lbieraħ fit-8:30pm.
Aktar tard, għall-ħabta tal-10pm il-pulizija rċevew rapport ieħor mill-istess żona fejn instab raġel ieħor, li kellu madwar 20 sena, bi ġrieħi gravi wara li xi ħadd attakkah b’sikkina.
Minkejja li r-raġel ingħata l-ewwel għajnuna, huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga jekk iż-żewġ każijiet humiex relatati, mandankollu għadhom ma sarux arresti.
Mill-bidu tal-2018, 16-il persuna inqatlu f’Londra, u ħamsa minnhom kienu kollha taħt l-20 sena.