Il-programm Follow Up tal-lum il-Ġimgħa 2 ta' Marzu se jiddiskuti s-survey ippubblikat f'It-Torċa tal-Ħadd li għadda. Dan juri lil Dr Joseph Muscat jgħaddi lil Adrian Delia b'25% u li jekk issir elezzjoni l-PL jagħmel rebħa kbira.
Mill-banda l-oħra l-PN qalu li qed inaqqsu d-distakk.
Min qed jgħid il-verità? X'inhuma l-implikazzjonijiet politiċi ta' dan is-survey?
Niddiskutu dan u aktar waqt Follow Up, illum ippreżentat minn Desmond Zammit Marmarà u Norman Vella mill-4:30pm sas-6pm fuq RTK 103FM.