Il-prezzijiet tal-kirjiet tal-propjetà f'Malta: x'qed iwassal biex jgħolew daqsekk? Din se tkun l-ewwel diskussjoni waqt il-programm Newsline tal-lum is-Sibt 3 ta' Marzu fuq RTK 103FM, flimkien ma' Simon Debono minn Simon Estates u Andre Callus mill-Moviment Graffitti. Se nsegwu wkoll x'qal l-Isqof ta' Għawdex, il-Mons. Mario Grech. Se naraw b'mod esklussiv filmat li nġibed minn barrani li kien qed jipprova jikri appartament, iżda dan kien fi stat ħażin ħafna. 
Wara, se nitkellmu ma' Rebecca Vincent minn Reporters Without Borders dwar l-assassinju tal-ġurnalist Slovakk Jan Kuciak. 
Fit-tieni parti tal-programm, se jkollna magħna lil Christine Xuereb Seidu li telqet minn Malta minħabba r-razziżmu. Se naraw l-istorja tagħha mill-qrib. 
Fl-aħħar nett, se nħarsu lejn il-Knisja f'Malta fl-okkażjoni tat-tielet anniversarju minn meta Mons Charles Scicluna nħatar Arċisqof ta’ Malta, mal-Opinjonista Simone Vella Lenicker.