Nhar sibt 3 ta' Marzu saret l-akbar kompetizzjoni li issir f'Malta taż-żfin, ġewwa Radisson Golden Sands.
Din tiġi organizzata mill-Malta Dance Sport Team, imexxija mill-President Chris Zammit.
Din il-kompetizzjoni ġabet Malta madwar 200 koppja minn madwar dinja kollha, propju minn 26 nazzjon differenti. 
Kien hemm preżenti l-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca, fejn sostniet li avvenimenti bħal dawn iġibu l-għaqda bejn il-pajjizi, kulturi u nies differenti.