minuta qari

Tnieda l-filmat tal-kanzunetta Taboo li biha Christabelle Borg se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2018.
Video mimli simboliżmi li permezz tagħhom il-kantanta u l-PBS jixtiequ jkomplu mal-linja li qabdu fi Frar biex jgħaddu messaġġi pożittivi lil min għaddej minn sfidi ta’ kundizzjonijiet mentali, spiss meqjusa minn ħafna bħala Taboo.
Christabelle Borg se tieħu sehem fit-tieni semifinali tal-Eurovision tal-10 ta’ Mejju li ġej li se jsir f’Lisbona.
Dakinhar imbagħad joħroġ il-verdett jekk Malta tikkompetix fil-finali tas-Sibt 12 ta’ Mejju.