Il-filmat ta’ Jacob Portelli, idoqq is-silta Toccata bl-arpa ġibed l-attenzjoni tal-istazzjon Ingliż tal-mużika klassika, Classic FM.
Ftit tal-jiem ilu, il-mużiċist Għawdxi tella’ l-filmat tiegħu jdoqq is-silta fil-Knisja ta’ San Dumniku, fir-Rabat, fuq il-midja soċjali.
B’xi mod, il-filmat spiċċa f’idejn l-istazzjon magħruf internazzjonalment u ddeċidew li jirrikonoxxu t-talent ta’ Portelli waqt li kien qed idoqq is-silta klassika, oriġinarjament ta’ Nino Rota.