Il-Mosta AF Sign Studio Cycling Club laqgħet kważi 100 kompetitur fit-tellieqa annwali tagħhom f’Ħaż-Żebbuġ nhar il-Ħadd.
L-element kompetittiv kien ċar ħafna b'ħafna ċiklisti li kienu qed jagħmlu ħilithom biex jieħdu posthom fuq il-podji tal-kategoriji rispettivi.
Kollox ma’ kollox kienet tellieqa b’ritmu mgħaġġel u b’wirjiet ta’ tattiċi interessanti ħafna.
Il-tellieqa ngħatat bidu bil-kategorija Taħt it-12-il sena, li kellha rappreżentanza kbira mill-membri tal-Mosta Cycling Club Academy.  Iċ-ċiklisti kellhom dawra waħda ta’ 4.5km, bil-podju tas-subien ġie magħmul minn Miguel Galea (Team Greens), Isaac Bonnici (Agones SFC) u Adam Camilleri (Mosta CC). Il-podju tal-Bniet kien magħmul miċ-ċiklisti tal-akkademja Mostija – Loralie Zammit, Martina Darmanin Tedesco u Anna Panzariu.
Wirjiet tajbin ġew irreġistrati fil-Juniors, u l-kategoriji ta’ Taħt l-14, u s-16-il sena.
Taħt is-16 – (45km) – Il-podju kollu tal-Mosta Cycling Club, b'Nicol Micallef jirreġistra rebħa segwit minn Sean Enriquez u Sean Michael Darmanin.
Taħt l-14 Subien – (18km) – Matthew Galea Pirotta (Mosta CC) kabbar id-distakk fit-tieni dawra għal rebħa komda fuq Gabriel Bonnici (Agones SFC) u Tristan Aquilina (Mosta CC).
Taħt l-14 Bniet – (18km) – Kristina Spiteri (The Cyclist) kellha rebħa komda fuq iċ-ċiklisti tal-Mosta CC Justine Degiorgio u Bettina Falzon.
Juniors – (72km): rebbieħ mhux ikkontestat, Isaac Spiteri (The Cyclist) meta Gianluca Camilleri ta' B'Kara St. Joseph kellu jieqaf f’nofs it-tellieqa:
Elite
Il-Kategorija Elite rat il-klabbs lokali taċ-ċikliżmu rappreżentati. It-22 dawra taċ-ċirkwit ta’ 99km, raw tentattiv miċ-ċiklista Serb Nebojsa Srcmac (The Cyclist) biex jikseb distakk fuq il-grupp iżda dan it-tentattiv ġie mwaqqaf minn Gerard Said tal-Mosta. Madankollu t-tieni tentattiv ta' Srcmac, din id-darba mgħejjun minn Graham Borg (The Cyclist), kien ta’ suċċess li ppermettielu jżomm postu fuq quddiem sal-aħħar nett. Madwar il-50km, iċ-ċiklisti tal-klabb Mosti, taw spinta sabiex jippruvaw inaqqsu d-distakk iżda ħabta li ġġarrab Nicholas Micallef, fixkel dan it-tentattiv.
Srcmac u Borg spiċċaw it-tellieqa fl-ewwel u t-tieni post rispettivament. Fit-tielet post spiċċa Maurice Formosa (The Cyclist) meta rnexxielu jegħleb lil Etienne Bonello (Team Greens) b’sitt sekondi biss.
Masters 40+ (54Km) – L-aqwa atleti f'din il-Kategorija kienu jikkonsistu fi grupp iżgħar mill-Kategorija Elite. Dan il-grupp baqa’ kompatt u spiċċa bi sprint fin b'marġini ta' 0.7 ta’ sekonda mirbuħa minn Patrick Scicluna (Mosta CC) fuq Ivan Zammit (B'Kara St. Joseph) u Antoine Sultana (The Cyclist).
Masters 50+ (45km) Bl-istess mod, din il-kategorija baqgħet kompatta l-ħin kollu,  b’ċiklisti tal-klabb Mosti jieħdu l-ewwel tliet postijiet fuq il-podju. Din il-kategorija rat ir-ritorn ta’ Mark Schembri wara assenza ta' sentejn fiċ-ċirkwit kompetittiv. Schembri ta wirja tajba sabiex rebaħ fi sprint fuq Michael Lia u Steve Mifsud.
Nisa (67km) – Din il-kategorija rat parteċipazzjoni tajba u wċuħ ġodda fuq ir-rotta. Marie Claire Aquilina (Team Greens) kompliet turi l-kapaċità tagħha meta hi kellha rebħa komda fuq il-membri tat-tim tagħha Michelle Vella Wood u Danica Bonello Spiteri. 
Ritratt: Angie Conti