Min-nhar il-Ġimgħa 16 ta' Marzu se jinfetaħ l-istaġun ta' Nuna Palk fit-Teatru Salesjan f'Tas-Sliema bix-xow Ernesto & Bianca.
L-atturi Jacob Piccinino u Heloise Suire jieħdu sehem f'din il-kummiedja bħala buffi (Ernesto u Bianca) fejn it-tnejn li huma għandhom karattri kompletament differenti, iżda b'xi mod jirnexxilhom jiftiehmu. Ernesto jipprova jimpressjona lil Bianca permezz ta' tea-party – imma tgħid jirnexxilu?
Ernesto & Bianca se tintwera min-nhar il-Ġimgħa sal-Ħadd li ġej fis-6.30pm.