Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum inawgura l-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-Bank of Valletta f’Londra.
Huwa kien akkumpanjat miċ-Chairman tal-Bank Deo Scerri, mill-Kap Eżekuttiv Mario Mallia u minn Kenneth Farrugia Chief Business Development Officer, fil-preżenza ta’ mistiedna distinti inkluż Norman Hamilton, il-Kummissarju Għoli ta’ Malta f’Londra.
Dr Muscat qal li “l-ftuħ tal-uffiċċju tal-Bank of Valletta f’Londra juri kemm l-ekonomija Maltija u s-sistema bankarja evolviet f’dawn l-aħħar snin”.
Min-naħa tiegħu Deo Scerri esprima s-sodisfazzjon tiegħu li, “Il-Bank of Valletta issa għandu preżenza fiżika f’Londra, iċ-ċentru kożmopolitan tas-servizzi finanzjarji.”
Il-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju ġdid jenfasizza l-interess tal-Bank fis-suq Ingliż.
Dipak Chouhan se jkun responsabbli mit-tmexxija ta’ dan l-Uffiċċju li jinsab f’numru 1, Berkeley Street, Londra. 
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo