Id-diżinjatur tal-moda Hubert de Givenchy, famuż għall-ilbies li għamel għal Audrey Hepburn u Jackie Kennedy, miet fl-età ta' 91 sena.
Givenchy kien l-aktar famuż għal-libsa sewda u sempliċi li kien ħoloq għal Audrey Hepburn fil-film Breakfast at Tiffany's. Dakinhar kienet inħolqot il-"little black dress".
Wara t-tieni gwerra dinjija, Givenchy ħadem mad-diżinjaturi Pierre Balmain u Christian Dior, u fl-1952 welled id-ditta tiegħu tal-moda Givenchy.
Għall-ewwel darba, huwa kien ħoloq blouse, dublett, ġakketta u qalziet li setgħu jintlibsu f'varjazzjonijiet differenti.