Ajruplan mil-linja tal-ajru US-Bangla Airlines li kien qed jivvjaġġa mill-Bangladesh għan-Nepal iġġarraf u qabad in-nar ftit qabel ma’ llandja fl-ajruport f’Kathmandu aktar kmieni llum.
Fuq it-tijira BS211 kien hemm 71 passiġġier li minnhom aktar minn 49 instabu mejta.
In-numru eżatt tal-mejta għadu mhux magħruf hekk kif bħalissa għada għaddejja tfittxija għall-vitmi qalb it-tifrik u t-terrapien.
Jidher li qabel ma ġġarraf, l-ajruplan kien qed iddur fl-ispazju tal-ajru fuq l-Ajruport Internazzjonali Tribhuvan.
Jidher li l-ajruplan ilu jopera għal dawn l-aħħar 17-il sena.
Ritratti: Reuters