Numru ta’ siġar indiġeni tħawlu fil-kumpless tal-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat.
Fi stqarrija, Heritage Malta qalet li dan sar bil-kollaborazzjoni ta’ Grow 10 Trees Project.
Is-siġar li tħawlu huma tnejn tar-rand, tnejn taż-żebbuġ u tnejn tal-għargħar. Dawn is-siġar tkabbru mill-membri tal-Grow 10 Trees Project.
Heritage Malta spjegat li l-għażla tas-siġar u l-post fejn tħawlu saru bir-reqqa biex ma ssirx ħsara lill-katakombi taħt l-art, speċjalment bl-għeruq.
Il-Grow 10 Trees Project inħolqot għal persuni li jħobbu s-siġar, bil-għan li jibdew ikabbru s-siġar huma stess, u kif jindika l-isem, jieħdu ħsieb mill-inqas għaxar siġar.
Il-Katakombi ta’ San Pawl jiftaħ kuljum bejn id-9am u l-5pm. L-aħħar dħul ikun fl-4.30pm.