L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) qed tavża li l-entità bl-isem ta’ Shtern Group, qed tippreżenta lillha nnifisha daqslikieku qed topera minn indirizz f’Malta meta mhux il-każ.
Fi stqarrija, l-MFSA qalet li Shtern Group jidher li toffri firxa ta’ servizzi ta’ trading li jinkludu forex, CFDs u binary options.
Tinsisti li l-kumpanija mhix liċenzjata jew awtorizzata b’ebda mod ieħor mill-MFSA biex tipprovdi l-ebda tip ta’ servizz finanzjarju f’Malta jew minn Malta. 
L-MFSA tissuġġerixxi li l-kumpanija aktarx hi skema ta’ natura dubjuża b’ċans kbir ta’ telf ta’ flus.