Fl-aħħar tliet snin ġew rilokati 1,185 persuna bi protezzjoni internazzjonali maħruġa minn Malta. Dawn ġew rilokati lejn l-Istati Uniti minbarra erba’ persuni li marru l-Kanada.
Il-Ministru ghall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li bejn l-2014 u l-2016 ġew rilokati 1,605 persuna bi status irregolari jew bi protezzjoni internazzjonali maħruġa minn Malta lejn l-Istati Uniti, qabel mal-programm kien sospiz mill-amministrazzjoni prezenti tal-President Donald Trump.
Il-Ministru kien qed iwiegeb mistoqsija parlamentari tad-deputat nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.