Wara l-inkwiet u l-ġlied illi nqala’ fil-Greċja fil-logħba mill-kampjonat bejn PAOK Salonika u AEK Athens, bil-president tal-klabb li kien qed jilgħab f’daru joħroġ fil-grawnd b’pistola sabiex jipprotesta kontra deċiżjoni tar-referi, il-Ministru għall-Isport Grieg, Lydia Koniordou qed taħseb sabiex tissospendi l-kampjonat għal ħmistax-il ġurnata.
Dan kollu jista’ jseħħ sakemm il-pulizija tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji li bdew eżattament wara li seħħ dan il-każ, bil-logħba tiġi sospiża meta l-iskor kien għadu 0-0.
Fil-klassifika AEK huma l-liders tal-kampjonat b’54 punt, b’PAOK isegwu fit-tielet post ħames punti warajhom.