Il-Kamra tad-Deputati approvat l-ewwel qari ta’ abbozz ta’ liġi ġdida li ser tirregola l-logħob.
L-abbozz tressaq mis-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri.
Il-liġi l-ġdida se tieħu post dik eżistenti u se tkun simplifikata permezz ta’ att wieħed flimkien ma’ leġiżlazzjoni sussidjarja. Dan se jkopri r-regolatur ewlieni tal-gaming kif ukoll serje ta’ direttivi tekniċi u linji gwida. 
Permezz ta’ dan l-abbozz, il-Gvern se jkun qed jassigura li l- Awtorità Maltija tal-Logħob jkollha r-riżorsi u s-saħħa neċessarja biex tirregola b’mod effiċjenti l-industrija tal-gaming, tipproteġi lill-konsumatur kif ukoll għandha twassal biex l-industrija tal-logħob ta’ pajjiżna tikber b’4% aktar fuq l-persentaġġ eżistenti ta’ tkabbir. La darba l-abbozz ġie approvat fl-ewwel qari dan ġie ppublikat bi thejjjija ghad-diskussjoni fit-tieni qari li mistenni jsir fil-gimghat li gejjin.