Raġel mis-Somalja ttella’ l-Qorti akkużat li ta daqqa ta’ ponn lil raġel ieħor għax dan tal-aħħar irrifjuta li joffrilu kafè. 
Mustaf Biihi Abdi ta’ 32 sena ġie akkużat fost l-oħrajn li darab ħafif lil raġel, li kiser il-paċi pubblika u li qagħad jittallab. 
L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan fejn allegatament, is-Somalu qal lill-persuna l-oħra biex toffrilu kafe’ “għax inzerta Afrikan bħalu”.  
Malli dan irrifjuta, qala daqqa f’wiċċu. L-Ispettur li ressaq dan il-każ sostna kif f’Malta ma tistax tibqa’ ssaltan il-liġi tal-ġungla. 
Is-Somalu ammetta l-akkużi fil-konfront tiegħu u ngħata xaharejn ħabs u ordni biex iżomm ‘il bogħod mill-vittma għax inkella jeħel multa ta’ elf ewro.