Splużjoni li seħħet illum laqtet il-konvoj tal-Prim Ministru Palestinjan, Rami Hamdallah, waqt li kien dieħel f'Gaża u weġġgħet ħafif ħames persuni.
L-isplużjoni seħħet hekk kif Hamdallah u l-konvoj tiegħu kienu għaddejja mill-punt ta’ kontroll mal-Iżreal, f’Beit Hanoun fit-Tramuntana ta’ Gaża.
Madanakollu, il-Prim Ministru Palestinjan ma weġġax u saħansitra deher fuq it-televiżjoni ftit ħin wara l-inċident, sabiex jinawgura faċilità tat-trattament tad-drenaġġ.
Fatah, il-partit politiku tal-President tal-Palestina saħaq li dan kien attakk terroristiku u qal li t-tort huwa tal-partit Hamas.