Meta tmur vaganza, suppost tmur biex tistrieħ, iżda għal ħafna, il-mument li moħħhom jieqaf jhewden dwar l-affarijiet ta’ kuljum, jaraw kif jimlew dan il-vojt billi jinkwetaw dwar jekk tfewx il-cooker.
Skont Lifehacker, hemm mod faċli kif wieħed jista’ jsolvi din il-mistoqsija.
Kif?
Qabel ma titlaq mid-dar, idħol fil-kċina u ħu ritratt tal-forn fuq il-mowbajl. B’dan il-mod, meta l-moħħ jibda jittanta, tkun tista’ tara r-ritratt u tassigura li l-burners kollha mitfijin.
Ovvjament, il-moħħ dejjem se jsib fuq xiex jinkwieta, allura biex tassigura li tieħu s-serħan kollu waqt il-vaganza, ħu ritratti wkoll tal-air conditioner, il-fireplace, il-bibien imsakkra, il-garaxx u t-twieqi magħluqa, u kwalunke ħaġa oħra li taħseb li tista’ tqajmek f’nofs ta’ lejl bl-għaraq ixoqq għalik.