Il-Kompożitur Taljan Mro Antonino Oddo, sinonimu għal marċi funebri li jikteb, se jkun il-mistieden speċjali għall-kunċert ta’ marċi funebri u mużika sagra li se jsir b’risq il-Mission Fund, nhar is-Sibt 17 ta’ Marzu 2018 fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta fis-7:15pm.
Il-kunċert bl-isem ta’ Riflessi hu proġett konġunt bejn is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi u s-Soċjetà Filarmonica Nazionale La Valette.
Matul dan il-kunċert ser jindaqqu fost l-isbaħ marċi funebri miktuba mid-direttur tal-banda Mro Dominic Darmanin tul il-karriera tiegħu, kif ukoll mużika sagra u mużika minn films relatata ma’ dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Tingħaqad ukoll mal-Banda l-Kantanta Michaela Agius. Ma jonqsux ukoll xi sorpriżi b’rabta mal-miġja tal-Kompożitur Taljan Mro Antonino Oddo.
Il-kunċert hu bla ħlas iżda se jinġabru donazzjonijiet b’risq il-Mission Fund.