Sa nofsillejl illum, Moska trid tagħti spjegazzjoni għalfejn instab li l-eksspija Russu, Sergei Skripal, u bintu, ġew ivvelenati b’velenu magħmul fir-Russja.
Il-Prim Ministru Ingliża, Theresa May qalet li huwa “probabbli ħafna” li r-Russja hija responsabbli ta’ dan l-attakk. L-istess raġunar intuża mis-Segretarju tal-Istat, tal-Istati Uniti, Rex Tillerson.
Madanakollu, Moska qed tgħid li l-allegazzjonijiet huma bla bażi.
Il-Ministru għall-Intern, Amber Rudd, se tkun qed tmexxi laqgħa tal-kumitat governattiv tal-emerġenzi, sabiex fiż-żmien li ġej jiġi diskuss il-każ f’aktar dettall.
L-eksspija Russu, kien instab mitluf minn sensih ma’ bintu, wara li ġie vvelenat minn kimika organika li jkun fiha l-fosfru, li l-effett tagħha hu li tipparalizzalek in-nervituri li jgħaddu l-messaġġi lill-organi fil-ġisem.
Skripal, ta’ 66 sena u bintu ta’ 33 għadhom l-isptar f’kundizzjoni kritika imma stabbli.
Ritratt: BBC