Iż-żewġ klabbs mill-belt ta’ Manchester, City u United jinsabu f’taqtiegħa sabiex jippruvaw jakkwistaw lill-istilla Brażiljana ta’ Paris St Germain Neymar. Din l-aħbar ġiet żvelata mis-sit Spanjol Diario Gol hekk kif dan il-plejer xejn ma jinsab kuntent mat-tim mill-kapitali Franċiża u jixtieq ifittex destinazzjoni oħra wara staġun wieħed biss f’Pariġi.
Minkejja kollox, il-plejer ta’ 26 sena għadu jittama illi jkun jista’ jingħaqad ma’ Real Madrid għalkemm skont l-istess artiklu, ix-xewqa tiegħu hi dik illi ġaladarba t-transfer lejn Madrid ma jseħħx jkun jista’ jmur ma’ The Citizens illi jinsabu taħt il-gwida tal-kowċ Pep Guardiola.