Il-Pulizija arrestat Sirjan filwaqt li qed tfittex Sirjan ieħor wara li bdew jiġġieldu fil-Ħamrun fl-inħawi tal-iskola ta’ Maria Assunta.
Fuq il-post issejħu tliet karozzi tar-Rapid Intervention Unit (RIU) hekk kif ir-rapport li daħal lill-Pulizija kien jgħid kien hemm ġlieda bejn seba’ rġiel u mhux tnejn.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li ma weġġa’ ħadd fl-inċident.
Ritratt: Ian Noel Pace