Tifel Ġermaniż ta' tliet snin weġġa' serjament wara li ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun. 
L-inċident, li kien ikkonfermat mill-Pulizija ma’ Newsbook.com.mt, seħħ għall-ħabta tal-11:30am fi Triq Bordin, kantuniera ma' Triq San Luqa.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Għargħur.
It-tifel ittieħed l-isptar Mater Dei.