Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump għadu kemm keċċa lis-Segretarju tal-Istat, Rex Tillerson u minfloku poġġa lil Mike Pompeo, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Intelliġenza Ċentrali (CIA).
Trump qal li ħa din id-deċiżjoni minħabba li ma kinux jaqblu fuq numru ta’ affarijiet. Semma b’mod speċjali l-ftehim dwar l-Iran li Trump huwa kontrih filwaqt li Tillerson kien jaqbel miegħu.
Tillerson kien ilu jokkupa l-kariga għal ftit aktar minn sena.
Filwaqt li rringrazzja lil Tillerson tas-servizz tiegħu, fi tweet, Trump qal li Pompeo se jeċċella f’xogħlu.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Il-President innomina lil Gina Hespel sabiex tilħaq id-direttriċi l-ġdida tas-CIA. Din tinżel fl-istorja bħala l-ewwel direttriċi mara tal-Aġenzija.