minuta qari

Wara li Newsbook.com.mt żvela każ ta’ tlett ibniet li allegatament qed jiġu mmaltrattati minn missierhom u s-sieħba l-ġdida tiegħu, illum qed naraw x’qalet ommhom, *Abigail, dwar kif beda l-abbuż, minn xiex għadhom għaddejjin u xi tħoss meta jgħaddu sigħat sħaħ u ma tkunx taf x’qed jiġri minn uliedha. Tirrakkonta dwar meta waħda minn uliedha weġgħet għax daħlet taqbeż għal ommha waqt li missierha kien qiegħed isawwatha.
Dan il-każ mess il-qalb ta’ ħafna nies, fosthom tal-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti li beda investigazzjoni minnufih.
Ir-reazzjoni ta’ Grixti se tkun imxandra fuq Newsbook.com.mt fil-jiem li ġejjin.
*Ismijiet u ċerti dettalji huma mibdula għas-sigurtà tal-omm u ta’ wliedha.