Ħmistax-il ċomba b’kollox. Din hija x-xena li raw quddiemhom il-voluntiera tal-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati meta ħadu x-ray ta’ kelb li nstab mitluq fiż-Żejtun.
Dan il-kelb ilu jidher iterraq fl-akkwati għal dawn l-aħħar xahrejn. Minkejja li viżibbilment ma deher li kellu xejn, kien ovvju li kien muġugħ għax beda jgħawweġ dahru u ma kienx qed jiekol.
Fortunatament ir-riżultati tat-testijiet tad-demm kienu pożittivi.
Il-voluntiera bl-għajnuna tal-veterinarju qed jippruvaw mediċina kontra l-uġigħ u qed jittamaw li l-kelb jerġa’ lura f’saħħtu malajr kemm jista’ jkun.
Għexieren ta’ kummenti li juru l-għadab tan-nies dehru fuq il-midja soċjali. Imma dan mhux biżżejjed.
Xi ħadd jaf x’ġara. Xi ħadd spara. Jekk taf xi ħaġa dwar dan l-att viljakk agħmel dmirek u tkellem.
Tista’ tgħin lil AAA billi tibgħat messaġġ fuq 50617350 €2.33,  50618060 €4.66,  50618910 €6.99, 50619200 €11.66 jew tibgħat ċekk indirizzat: AAA, PO Box 24 Ħamrun. Inkella tista' tibgħat id-donazzjoni tiegħek permezz tal-paypal hawn.
Ritratti AAA