Fil-programm Newsline id-diskussjoni bdiet dwar dak li qed jiġri f’Paceville u f’San Ġiljan. Telefonati mas-Sindku ta’ San Ġiljan, Guido Dalli u ma’ sid ta’ stabbiliment f’Paceville, Philip Fenech.
Saru kollegamenti ma’ dimostrazzjoni tal-Patrijotti u f’intervista, Prof Joe Pirotta jitkellem fuq il-gruppi tal-Lemin.
Prof Paul Pace jitkellem fuq it-tħassib tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dwar ċerti deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Iwieġeb il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, Sandro Chetcuti.
Naraw x’fettillu l-Papa jagħmel maratona għall-hackers fil-Vatikan.