Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu fuq il-post dalgħodu fi Triq il-Kosta.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am, xħin is-sewwieq, raġel ta' 44 sena li kien joqgħod il-Mellieħa, tilef il-kontroll tal-vettura.
Aktarx li s-sewwieq tilef il-kontroll wara li laqat barrier.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.
Intant, il-Pulizija avżat biex is-sewwieqa jużaw toroq alternattivi għalissa.