Il-funeral taż-żagħżugħ Zach Meli li tlief ħajtu f’Paceville fil-11 ta’ Marzu se jsir nhar is-Sibt. Dan ifisser li ġismu ġie rilaxxat għad-difna.
Oħt iż-żagħżugħ qalet li l-funeral se jsir fil-Knisja tal-Ibraġġ fis-2pm.
Meli nstab mal-art mill-Pulizija wara li kien involut f’argument ma’ xi persuni u waqa’ mal-art.
Skont il-Pulizija, iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza iżda ġiet ċċertifikat mejjet ftit wara.