Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) qal li f’Malta, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) hija l-awtorità superviżorja u regolatorja tal-banek.
Mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar ir-reazzjoni tal-ECB għall-aħbar li s-sid u ċ-ċermen tal-Bank Pilatus Ali Sadr Hashemi Nejad ġie arrestat it-Tlieta fl-Istati Uniti, kelliem għall-ECB qal li bħala istituzzjoni ma jistgħux jikkumentaw dwar dan il-każ invidwali minħabba kodiċi ta’ segretezza finanzjarja.
Il-kelliem qal ukoll li ma setax jikkummenta dwar jekk hux se jsir monitoraġġ tas-sitwazzjoni f’Malta. Huwa ssuġġerixxa li l-mistoqsijiet dwar il-każ b’rabta mal-arrest tas-sid tal-Bank Pilatus għandhom jintbagħatu lill-MFSA.
Skont is-sit tal-ECB, l-ECB hija istituzzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tgħid li għandha madwar 2,500 impjegat li jaħdmu mill-qrib mal-banek ċentrali nazzjonali fis-sistema Euro, u dwar is-superviżjoni tas-sistema bankarja, flimkien mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.
Intant, fl-aħħar ħin l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)  keċċiet is-sid tal-bank Pilatus Ali Sadr Hasheminejad.
Aqra aktar dwar l-iżviluppi fuq il-Bank Pilatus: 
L-MFSA ma tirrevokax il-liċenzja ta' Pilatus Bank; tkeċċi lis-sid
"L-Amerikani ilhom jafu, aġixxew biss illum" – Il-PM
Pilatus Bank: Neħħu l-liċenzja llum – PN; il-PM m'għandux poter – PL
Filmat: Pilatus maqjel tal-kriminalità; pulizija jintlemħu fil-Bank – attivisti
X’qalu l-MPs dwar Pilatus Bank fil-Parlament?

Pilatus Bank: X’qed jgħidu fuq l-arrest ta' sid il-bank?
Bdew jinvestigawh qabel ingħata l-liċenzja f’Malta
"Il-Maltin jiġru wara Efimova; l-Amerikani jarrestaw lil sid Pilatus" – ulied Daphne
Filmat: "Kont naf li se tiġri; Min se jerfa' r-responsabbiltà?" – Ferris
Ritratti: “Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma” – sinjali quddiem il-Bank Pilatus u l-FIAU
Itennu għar-riżenja tal-Kummissarju llejla